News/Blog

Lejn aktar ugwaljanza tal-opportunitajiet.

Wednesday, March 29th, 2017

“Il-Maltin illum qed jgħixu ferm aħjar milli kienu qed jgħixu erbgħa snin ilu. Dan jirriflettuh il-kwalita tal-ħajja li qed jghixu u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom. Iżda ma nistgħux niefqu nistrieħu u kuljum, bħala politiku nistaqsi x`qed nagħmel biex ħadd ma jaqa’ lura. Fadal ħafna x`nagħmlu. Tidħol fi djar u ma ddumx ma tinduna bil-problemi. Ikunu evidenti.  Tara tfal li jkollhom biss ftit snin, anki ħames snin, li f’qalbek tibda tgħid li dawn m’għandhomx il-futur li jistħoqqilhom u jixtiequ’.  Jgħixu f’ambjent elementari għall-aħħar. il-Gvern għamel ħafna xogħol f’dan il-qasam u lesta il-pedamenti jigifieri ekonomija b’saħħitha u issa rridu nimxu għal-pass naturali li jmiss”. Dan iddikjarah, Aaron Farruġia, kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali u li għaddej b’kampanja ta’ żjarat fost il-familji fid-distrett li jinkludi fih il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Santa Venera, il-Pietà u il-Ħamrun. … read more »

F`għajnejn l-aġenzija ta’ kreditu Standard & Poor’s.

Tuesday, March 14th, 2017

F`Jannar tal-2009, jiġifieri ftit iktar minn tmien snin ilu, ġejt mistieden flimkien ma` tlettax il-ekonomista ieħor minn madwar l-Ewropa biex flimkien niffurmaw grupp ta` ħsieb taħt il-kappa taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej. Kien żmien turbolenti għall-Unjoni Ewropea fejn il-krizi finanzjarja bdiet tolqot numru ta` pajjiżi membri, fl-isfond tal-kriżi bankarja u ta` numru ta` riformi li dawn il-pajjiżi naqssu milli jwettqu matul iż-żminijiet. … read more »

NIĊĊELEBRAW:

Sunday, March 12th, 2017

Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Marzu se nkunu qed niċċelebraw ir-raba’ sena anniversarju mir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista. Għal Prim Ministru, ministri, deputati, kandidati u attivisti, din se tkun ġurnata oħra normali ta’ iktar xogħol għall-familji u għall-pajjiż. Iżda tajjeb li hekk kif ninsabu sena bogħod minn elezzjoni ġenerali l-Maltin jieqfu jirriflettu dwar dak li ksibna. … read more »

Deputat Mexxej Ġdid

Sunday, March 12th, 2017

Dak li jagħmel partit jew politiku progressiv, b’distinzjoni minn dak konservattiv, hu l-għatx ghall-bidla – dak is-sens ta’ dover li jbiddel u jipperfezzjona l-ħin kollu. Partit jew politiku progressiva jibdel u jinbidel anke f’mumenti ta’ glorja, meta jkun qiegħed jikseb l-aqwa riżultati. … read more »

L-ewwel distrett elettorali fl-Aġġornament

Sunday, March 12th, 2017

Illum il-ġurnata lkoll nistgħu insegwu l-ħidma parlamentari b`iktar faċilita` u dan grazzi għal pluraliżmu fix-xandir li wassal għal rappurtaġġ kontinwu mill-ġurnali lokali. Magħhom inżid ir-rappurtaġġ tal-kmamar tal-aħbarijiet u kif ukoll xandiriet diretti fuq it-televizjoni. Bħala politiku u kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, dawn l-għodod jgħinuni ħafna biex insegwi mill-viċin il-proċess leġiżlattiv kif wara kollox huwa mitlub u mistenni minni.  … read more »

Ħames sfidi ċari għal baġit 2016/7:

Friday, March 10th, 2017

Il-baġit tas-17 ta` Ottubru 2016 se jkun it-tielet wieħed ta` Gvern Laburista. Il-messaġġ f`kull wieħed minnhom kien ċar : Dan hu Gvern li bir-riżultati qed iwassal lil Malta lejn l-aqwa fl-Ewropa bi Gvern pro-business li għandu kuxjenza soċjali. Fl-aħħar tlett snin rajna miżuri li jippremjaw lil min hu bieżel, li iġġieldu l-abbuz biex jieħu min verament ħaqqu filwaqt li mexxa eluf ta` persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali għal post tax-xogħol. … read more »

A piecemeal approach towards standards in Public Life…

Tuesday, March 7th, 2017

An article in the newspaper Maltatoday recently captured my attention. It focused on recent revolving door practices in Malta. Its title reminded me of the single Amarillo released by British virtual band Gorillaz, while the content led me to reaffirm my conviction that this administration`s approach towards further accountability, though positive and hand on heart, all the effort and hard work is to be applauded, is somehow piecemeal. … read more »

Is the sound economic performance fully reflected in all walks of life?

Tuesday, March 7th, 2017

Without sound public finances there is no social justice. With the 2017 budget the Government has continued to push a process of reform for a stronger and better economy. During the past three years the government has excelled in introducing measures which have incentivized economic growth on the notion that the country had to live within its means, balance the budget and place the private sector –enterprise and business – as the foundation of our prosperity. … read more »

Malta: 8 sfidi għall-2017

Tuesday, March 7th, 2017

Is-sena 2016 diġa tinsab warajna u jekk il-ġrajjiet li għexna fiha m`għalmuna xejn, żgur li nibqgħu niftakru din is-sena bħala waħda li tatna riżultati kontra dak kollu li kien previst. Ngħid għalija kont ċert li r-referendum BREXIT kien se jintrebaħ b`maġġoranza ċara mill-kamp li kien favur li r-Renju Unit jibqa` membru bl-istess mod kif stennejt lil Hilary Rodham Clinton tieħu l-ħatra uffiċċjali tagħha ta` President tal-Istati Uniti, u mhux Donald Trump li ħafna bassru li lanqas biss se jkun il-kandidat tar-Repubblikani. … read more »

Presidenza tan-nies. Tal-Beltin ukoll.

Tuesday, January 24th, 2017

Permezz ta` dan il-blog qiegħed ninforma lill-kostitwenti tiegħi, speċjalment dawk Beltin li kelmuni dwar il-problemi marbutin ma` parkeġġ għar-residenti li jgħixu fil-Belt Valletta, li l-ilment tagħom instema u ħadt azzjoni minnufih. L-inkonvenjent hu speċjalment għal dawk li jgħixu in-naħa t`isfel, u dan minħabba l-użu ta` diversi siti fil-madwar fosthom il-Mediterranean Conference Centre waqt il-jiem tal-Presidenza. … read more »

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;