Deputat Mexxej Ġdid

Sunday, March 12th, 2017

Dak li jagħmel partit jew politiku progressiv, b’distinzjoni minn dak konservattiv, hu l-għatx ghall-bidla – dak is-sens ta’ dover li jbiddel u jipperfezzjona l-ħin kollu. Partit jew politiku progressiva jibdel u jinbidel anke f’mumenti ta’ glorja, meta jkun qiegħed jikseb l-aqwa riżultati.

Huwa dan li qiegħed jagħmel il-Partit Laburista bħalissa. Il-bidliet fl-istatut saru fl-aqwa żmien, issa li l-preparamenti għall-kampanja elettorali għall-elezzjoni li jmiss dalwaqt jibdew. Iż-żmien huwa ideali u l-missjoni nafuha.

Il-missjoni tad-Deputat mexxej ġdid naqsamha f’sitt punti, u filwaqt li l-ħidma tiegħu hi differenti minn dik tal-Mexxej u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, din trid tkun minsuġa b’mod li tgħaqqad waħda mal-oħra. Nifhem li kien għalhekk illi l-Prim Ministru ħaseb li jiftaħ dan ir-rwaol anke għal dawk li għandhom siġġu fil-Parlament. Dan huwa partit li jifforma parti minn moviment li fil-preżent jinsab fit-tmexxija tal-pajjiż. B’elezzjoni ġenerali fi żmien sentejn, u b’Malta fit-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja fil-bidu tas-sena d-dieħla, ix-xogħol li se jkollu dan il-Gvern huwa wieħed li l-ebda Gvern ieħor Malta ma qatt ra bħalu.

Fil-passat rajna li fit-tieni nofs tal-leġiżlatura, l-Prim Ministru ġeneralment jiffoka aktar fuq il-ħidma tal-partit u jnaqqas kemmxejn dik parlamentari. Din id-darba, il-Prim Ministru se jkollu tabilfors jiffoka fuq il-ħidma internazzjonali. Is-sitt xhur Presidenza tal-Unjoni Ewropja se jfissru numru ta’ laqgħat għolja fl-Ewropa kollha, xi drabi anke f’qofol ta’ kontroversji bħalma se jkun ir-referendum dwar is-sħubija tar-Renju Unit.

Huwa għalhekk illi fost il-ħidma tant wiesa fil-fora internazzjonali, kien jeħtieġ illi jkun hemm Deputat Mexxej illi jieħu f’idu t-tmexxija prattika tal-Partit Laburista.

Magna elettorali professjonali

L-akbar biċċa xogħol għad-Deputat Mexxej ġdid se tkun illi jipprepara l-partit għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Filwaqt li d-Deputat Mexxej ġdid se jkollu l-benefiċċju tas-suċċessi li inkisbu bil-manwal tal-2013, xorta waħda se jkun hemm bżonn bidliet ċari, li jirrispettaw il-bidliet fiċ-ċirkostanzi mill-2013 sal-lum. Deputat Mexxej ġdid irid jerġa jressaq lejh il-mijiet ta’ volontarji li jibqgħu is-sinsla ta’ kull kampanja elettorali. Jeħtieġ josserva d-disposizzjonijiet ġodda tal-Att dwar il-Finanzjamenti tal-Partit, u fl-istess ħin jara li l-messaġġ tal-Partit jasal tajjeb u lil kulħadd.

Scouting u Taħriġ

Partit li hu għatxan għall-bidla huwa partit li huwa għatxan għal talent ġdid, nies b’ħiliet differenti li jistgħu jagħtu xi ħaġa ġdida. Id-Deputat Mexxej irid, flimkien mal-Partit jipprepara it-tim tal-kandidati tal-Partit Laburista f’kull distrett. Partit li jinsab fil-Gvern irid ġeneralment imur għal taħlita ta’ esperjenza u talent ġdid. Ifisser li jkun hemm bżonn Ministri u Deputati li servew f’din il-leġiżlatura li joffru ruħhom li jkomplu max-xogħol u r-riżultati tal-Gvern, u jkun hemm bżonn kandidati ġodda li jagħtu xeħta ġdida lill-Moviment u jdaħħal ideat friski u innovattivi. Id-Deputat Mexxej irid jassigura illi kull kandidat, sew dawk ta’ esperjenza kif ukoll dawk ġodda, jingħata taħriġ professjonali biex jitqiegħed fl-aħjar posizzjoni biex jekk jingħata l-fiduċja, jirrapreżenta l-elettorat. Din il-ħidma trid issir b’reqqa u b’galbu, għaliex dawn il-persuni se jkunu l-wiċċ tal-partit u tal-moviment.

Kumpass Ideologiku

Filwaqt illi d-Deputat Mexxej irid jaċċerta li dan il-Moviment jibqa’ ankrat fiċ-ċentru tal-kumpass ideoloġika, bil-għan li jibqa’ viċin u jibqa’ jirrapreżenta l-aspirazzjonijiet u l-isfidi tal-maġġoranza tal-poplu, l-ikbar biċċa xogħol għalih se tkun li jżomm mal-valuri u l-prinċipji li dejjem sawru dan il-Moviment. Nemmen ukoll illi fuq quddiem nett tal-aġenda tad-Deputat Mexxej, għandha tkun hemm ir-rieda li jitwaqqaf grupp ta’ nies li jagħtu definizzjoni ġdida tal-politika soċjal-demokratika għaż-żminijiet tal-lum. Bl-istess mod kif fl-Istati Uniti, Clinton dawwar il-politika tad-Demokratiċi mal-kunċett tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, u bl-istess mod kif Tony Blair introduċa l-kunċett ta’ New Labour ġewwa r-Renju Unit, hekk il-Moviment Laburista Malti għandu jkompli jiġġedded u jġedded il-kumpass politiku tiegħu għaż-żmien li ġej.

Għeruq u Strutturi

L-Istrutturi tal-Partit Laburista għandu jinbidlu, biex jirriflettu ż-żminijiet tal-lum u tal-kunċett ta’ moviment. Fl-2008, il-Partit Laburista ħaddan dan fil-prattika; iżda jeħtieġ jaġġorna ruħu wkoll b’bidliet fl-istatut u fl-istrutturi tal-Partit.  Jeħtieġ jara kif b’mod sistematika jressaq lejh nies ta’ talent u b’idea ġodda. Jeħtieġ li jindukrahom u jtihom l-għodda biex jaħdmu. Huwa biss meta jagħraf fejn irid jasal illi jista’ jifhem kif se jbiddel l-istrutturi tiegħu biex iseħħ dan. Dak li kien tajjeb ftit snin ilu, mhux ta’ bilfors jibqa’ tajjeb għada. Hemm ħafna mistoqsijiet xi jsiru: għandniex ngħinu l-volontarjat ma’ element ta’ impjiegi fuq bażi reġjonali, x’relevanza għandhom iċ-ċentri lokali, xi rwol għandhom il-media soċjali, etċ. Nemmen li l-moviment Laburista se jkun ta l-ewwel f`Malta li jagħmel rivoluzzjoni ta’ kif jahdem partit politiku u rivoluzzjoni fl-istrutturi

tiegħu. F’dan kollu, l-irwol li se jkun jilgħab id-Deputat Mexxej ġdid se jkun wieħed ċentrali.

Moviment u partitarji Laburisti

Id-Deputat Mexxej ġdida se jkollu rwol sensittiv sabiex jgħin lill-partitarji Laburisti jerġgħu iħaddnu l-kunċett ta’ Moviment. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, se jkun il-Prim Ministru li jgħaqqad il-Partit mal-Moviment, u l-Moviment mal-Partit. L-elezzjoni ġenerali li jmiss se jkun elezzjoni importanti ferm; huwa biss b’konferma tal-elettorat illi l-Gvern jista’ jkompli jibni fuq is-suċċessi li laħaq dawn l-aħħar tliet snin. Huwa biss b’konferma tal-elettorat illi il-good feeling li hawn f’dan il-pajjiż jista’ jibqa’ fis-seħħ. Huwa biss b’konferma tal-elettorat illi dawk li għadhom ma humiex qegħdin iħossu l-impenn tal-Gvern fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, jistgħu fl-aħħar jibdew jibbenefikaw huma wkoll.

Ifisser illi d-Deputat Mexxej ġdid irid ifiehem lin-nies b’dan kollu. Se jkollu rwol sensittiv li jikkonvinċi lil dawk il-Laburisti urtati għal raġunijiet personali. Irid jindirizza lil dawn in-nies, jismagħhom, u jifhem x’qegħdin jgħidu u għaliex.

Gvern, Partit, Moviment

Li d-Deputat Mexxej ikun Deputat Parlamentari jfisser li dan se jkun f’posizzjoni tajba ferm biex jifhem mhux biss x’inhuma l-ħtiġijiet tal-Partit, iżda wkoll dawk tal-Grupp Parlamentari. Filwaqt li huwa importanti li  partit u gvern ma jsirux ħaġa waħda, huwa importanti wkoll illi dak li jinħass ġewwa l-organi tal-Partit jiġi mwassal lill-membri parlamentari, biex dawn tal-aħħar ma jinqatgħux mill-għeruq. Hekk ukoll allura, l-ħidma tad-Deputat Mexxej issaħħa mhux biss il-Partit, iżda wkoll il-Grupp Parlamentari.

Konklużjoni

Dan hu żmien sabiħ għalina lkoll. Hu żmien fejn minkejja kull suċċess, u dejjem konsapevoli tan-nuqqasijiet, irridu nġeddu u niġġeddu. Irridu nibdlu u ninbidlu. Hekk biss nistgħu ntejbu u nitjiebu, u hekk biss nistgħu verament nissejħu progressivi.

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;