F`għajnejn l-aġenzija ta’ kreditu Standard & Poor’s.

Tuesday, March 14th, 2017

F`Jannar tal-2009, jiġifieri ftit iktar minn tmien snin ilu, ġejt mistieden flimkien ma` tlettax il-ekonomista ieħor minn madwar l-Ewropa biex flimkien niffurmaw grupp ta` ħsieb taħt il-kappa taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej. Kien żmien turbolenti għall-Unjoni Ewropea fejn il-krizi finanzjarja bdiet tolqot numru ta` pajjiżi membri, fl-isfond tal-kriżi bankarja u ta` numru ta` riformi li dawn il-pajjiżi naqssu milli jwettqu matul iż-żminijiet. Il-konsegwenzi lkoll nafuhom – pajjiżi li krollaw u talbu bailout, livell ta` qgħad bla preċedent li għadu jinħass sal-llum, theddida għall-eżistenza tal-munita Ewro, partiti kbar li llum spiċċaw fix-xejn u l-qawmien ta` partiti tal-lemin estrem ġodda li rikbu fuq sentiment anti-federalist, anti-Ewropew. Il-kelma BREXIT konnha għadna ma smajniex biha iżda f`dik is-sena, wara numru ta` laqgħat f`Brussels, konnha ffinalizzajna dokument li kien għadda għand il-partiti Soċjalisti, il-Kummissjoni Ewropeja u l-Parlament Ewropew.

Għaddew tmien snin u numru ta` proposti li konnha fassalna flimkien rajthom jiġu implimentati matul is-snin. Sfortunatament ir-riformi li elenkajna dwar numru ta` pajjiżi u li qatt ma kienu twettqu, kellhom jiġu implimentati f`qasir żmien taħt il-kappa ‘Awsterita’. Iżda dan l-artiklu tal-llum mhuwiex dwar dan kollu. Matul dawn is-snin żammejt kuntatt ma` dawn l-ekonomisti li flimkien magħhom ħdimt matul dik is-sena. Hekk kif Malta tinsab tmexxi il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, is-suġġett ta` numru ta` diskussjonijiet li kelli kien dwar l-andament ekonomiku ta` pajjiżna. U filwaqt li jien bħala Malti u llum kandidat nosserva s-suċċess tal-ekonomija ta` pajjiżna f`għajnejn il-familji Maltin u dak li jesperjenzaw kuljum, stajt nara lil dawn il-kollegi tiegħi isegwu l-ekonomija Maltija permezz tar-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji ta` kreditu. Tkellimna fit-tul dwar l-aħħar rapport ta` S&P u kien wieħed minnhom li fakkarni fil-qabża li għamel pajjizna meta semmieli rapport tal-istess S&P f Jannar tal-2013. Dawn l-ekonomisti huma impressjonati kif fi ftit inqas minn erbgħa snin pajjiżna irnexxielu jitla fil-quċċata fuq pjattaforma ta` tkabbir ekonomiku li fi kliemhom “huwa l-għira ta` bosta pajjiżi taż-żona Ewro”.

Illum minix se nikteb dwar l-ingredjenti tas-suċċess ekonomiku ta` pajjizna. Se nikteb dwar kif politiċi u ekonomisti barranin, aġenziji ta` kreditu u oħrajn osservaw l-ekonomija Maltija fl-aħħar snin ta` Gvern Nazzjonalista. Fl-2011 S&P kienu wissew lill-Gvern ta` Lawrence Gonzi li l-credit rating ta` Malta kien se jiġi downgraded fid-dawl ta` problemi politiċi, finanzjarji u monetarji tal-pajjiż. Il-pajjiż kien tpoġġa taħt l-osservazzjoni ta` CreditWatch biex jevalwa iniżlux lil Malta minn rating ta` AA għal A u possibilment A-1, bi tbassir negattiv. L-inkwiet dwar Malta kien il-finanzi pubbliċi, nuqqas ta` likwidita fl-idejn, id-dejn eċċessiv u r-riforma fis-sistema tal-pensjoni. L-aġenzija ta` Kreditu kienet semmiet speċifikament in-nuqqas ta` pjan tal-Gvern li jindirizza dawn il-problemi bil-konsegwenzi kollha li jġibu magħhom.

Fl-2012 pajjiżna kompla jirċievi numru ta` twissijiet fl-isfond tad-downgrade ta` S&P, twissija ta` Fitch, mingħand il-Fond Monteraju Internazzjonali u oħra mill-Kummissjoni Ewropea.

Dawn it-twissijiet kollha kienu ta` tħassib serju, mhux biss għall-ekonomisti Maltin, iżda wkoll għal banek inkluz il Gvernatur tal-Bank Ċentrali, in-negozji, il-familji. Kien il-Gvern ta` Gonzi li dak iż-żmien, f`nofs kriżi, kien iktar mhedi jipprova jsalva l-Gvern tiegħu minn kollass, mingħajr ma kien qiegħed jindirizza l-potenzjal tal-ekonomija Maltija, in-nuqqas ta` nisa jaħdmu, livell għoli ta` inflazzjoni, nuqqas ta` pjan ta` kif se nassorbu l-fondi tal-Unjoni Ewropea, qgħad li kien qabad jgħolli rasu sew u n-nuqqas ta` investiment f`pajjiżna. Dak li verament salva lill-pajjiżna dakinhar kien l-għaqal ta` Gvernijiet suċċessivi li preferew jisselfu mingħand il-Maltin minflok mis-swieq finanzjarji. Il-konsegwenzi wasslu għal downgrade ieħor ta` S&P f`Jannar tal-2013 u Malta tpoġġiet taħt proċedura ta` defiċit eċċessiv, lejliet elezzjoni ġenerali.

Minn hemm il-quddiem, l-istorja lkoll nafuha. Il-qgħada finanzjarja tal-Gvern kienet ferm għar minn hekk. Il-Gvern Nazzjonalista kien qed jaħbi numru ta` kriżijiet, mhux l-inqas il-kriżi tal-Enemalta li kienet f`xifer l-irdum u li kienet se tiġbed magġha wieġed mill-banek ewlenin ta` pajjizna. Fl-10 ta` Marzu 2013, il-Partit Laburista magħqud f`moviment ġie elett bl-ikbar maġġoranza li partit qatt kiseb fl-istorja ta` pajjiżna. Fi żmien erbgħa snin, dawwarna l-ekonomija b`miżuri konkreti u politika robusta u riformi li jeħtiegu kuraġġ. F`erbgħa snin, l-aġenziji ta` Kreditu, l-ekonomisti sħabi, raw Malta tinbidel.

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;