Ħames sfidi ċari għal baġit 2016/7:

Friday, March 10th, 2017

Il-baġit tas-17 ta` Ottubru 2016 se jkun it-tielet wieħed ta` Gvern Laburista. Il-messaġġ f`kull wieħed minnhom kien ċar : Dan hu Gvern li bir-riżultati qed iwassal lil Malta lejn l-aqwa fl-Ewropa bi Gvern pro-business li għandu kuxjenza soċjali. Fl-aħħar tlett snin rajna miżuri li jippremjaw lil min hu bieżel, li iġġieldu l-abbuz biex jieħu min verament ħaqqu filwaqt li mexxa eluf ta` persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali għal post tax-xogħol. Il-faqar fil-pajjiż beda jonqos wara tant snin u qrobna biex nibbilanċjaw il-kontijiet tagħna. Fil-pajjiż hawn sens ta` ottimiżmu u atmosfera pożittiva kull fejn tmur, iżda ninsabu konxji li l-ġid għadu ma lahaqx lil kulħadd u familji fil jew f riskju ta` faqar huma realta u mhux perċezzjoni.

Dawn li ġejjin huma ħames sfidi li din l-Amministrazzjoni għandha fl-immedjat u li jridu jiġu indirizzati f`dan il-baġit, kemm fl-analiżi tal-Ministru Scicluna, u iktar minn hekk ġimgħa wara, fid-diskors viżjonarju tal-Prim Ministru Muscat.

L-ewwel : Aspettattivi. Diġa kienu kbar l-aspettattivi tal-poplu Malti għal Gvern Muscat. Is-suċċess ekonomiku li ksibna u li qed ngħixu m` għenux biex dawn l-aspettattivi jonqsu, anzi, żdiedu. Ir-riżultati kulħadd jaf jaqrahom u l-klima pożittiva tinħass. Iżda pajjiżna ma jinsabx f orbita waħdu, iżda f`dinja fejn madwarna hemm pajjiżi li għadhom mhumiex jaraw tkabbir, industriji li qed isibu diffikultajiet finanzjarji kbar u ħafna nies, fosthom mijiet ta` eluf ta` żgħażagħ, li jinsabu bla xogħol. Il-messaġġ irid jasal ċar li dak li għandna ma jissarrafx f`talbiet li jekk indirizzati, iħottu dak miksub.

It-tieni: Konsistenza. Dak li ksibna rridu nżommuh bil-ħsieb li r-riċetti li rnexxew s`issa mhumiex garanzija għal klima ekonomika ta` għada. Ifisser li l-Gvern irid iżomm ir-ritmu ta` investiment barrani dirett li rajna fl-aħħar snin, konxju li ċertu dħul marbut ma setturi li fuqhom hemm battalji legali fuq livell Ewropew, jew dħul marbut ma skemi ta` ċittadinanza, mhuwiex għal dejjem. Il-Gvern diġa beda jħares lejn setturi oħra, fosthom dak marittimu, tal-loġistika, turiżmu mediku u oħrajn. Filwaqt li hemm bżonn li niddiversifikaw l-ekonomija lokali, irridu nieħdu dan il-pajjiż fuq livell ieħor kemm fejn tidħol infrastruttura (u hawn jidħol it-trasport lokali) iżda wkoll l-indafa u l-ambjent ta` madwarna. Min qed jinvesti fil-propjeta irid jifhem li jrid jinvesti wkoll fi spazzju pubbliku ġdid. Ebda kompromessi.

It-tielet: Riżors uman. L-uniku riżors li għandna rridu nkabbruh u nikkultivawh. Tajjeb naraw kontinwazzjoni ta` miżuri bħal in work benefit u tapering biex iktar nies jidħlu fis-suq tax-xogħol, inqas persuni jistrieħu fuq benefiċċji soċjali u azzjonijiet pożittivi biex ħadd ma jaqa` lura. Hekk jaħdem Gvern soċjalist. Iżda biex dan isir irridu wkoll naraw li l-abbuż minn dawn il-benefiċċji jonqos u li persuna bla xogħol, sakemm tista, trid tkun qed tistudja jew titħarreg. Pajjiżna għadu irid jara wkoll skemi ċari ta` retraining biex il-poplu Malti jikwalifika fi skills u setturi ġodda li jwasslu għal pagi aħjar u mobilita soċjali.

Ir-raba: Kera. L-influss ta` ħaddiema barranin huwa pożittiv għax huwa l-ossijġnu ġdid u addizzjonali li kellha bżonn l-ekonomija ta` pajjiżna. Iżda dan wassal ukoll biex fil-kuntest tas-sitwazzjoni tal-kirjiet xejn feliċi f`pajjiżna, numru ta` familji esperjenzaw żieda sostanzjali fil-kirjiet ta` djarhom. Qed niltaqa` ma` ħafna familji li mhumiex ilaħħqu mal-ħajja b` kirjiet li l-medja tagħhom hi ta` €500 fix-xahar. Għalija dan hu inaċċettabbli meta dawn il-familji għandhom dħul ta` paga minima. Għadni minix konvint li kontrol fuq il-prezzijiet mhuwiex l-aħjar soluzzjoni. Lanqas m`jien konvint li żieda fis sussidju li dawn il-familji jirċievu hi s-soluzzjoni. Perswaz li l-għada li nżidu s-sussidju, l-ammont addizzjonali jiġi factored in minn sid il-kera. Nibqgħu fejn konnha.

Il-ħames: Immigrazzjoni. Il-kwalita ta` ħajja aħjar ma titkejjilx biss f`termini monetarji. L-istil ta` ħajja, il-madwar, is-soċjeta ta` madwarna u l-ambjent immedjat jilgħabu rwol importanti. Hekk kif dan il-Gvern għamel passi ta` ġgant biex tella t-tema tal-immigrazzjoni irregolari fuq nett tal-aġenda Ewropea, dak li ġie deċiż fuq livell internazzjonali f` dak li hu burden sharing, issa jrid jiġi applikat hawn Malta fuq livell lokali. Ghettos f`pajjiżna huma realta. Ghettos f`pajjizi ohra bhal Molenbeek f`Brussel wasslu għal attakki terroristiċi. L-integrazzjoni titjieb fuq kull livell jekk ammont limitat ta` persuni immigranti li qed ifittxu ażil jingħataw inċentivi biex jiġu mifruxa madwar Malta u Għawdex. Sal-llum lokalitajiet bħal Marsa u l-Ħamrun qed iġorru l-piż weħedhom. Mhux ġust.

Dawn huma sfidi ta` Gvern Laburista. L-Oppozizzjoni fil-mument bdiet ferneżija ta` wegħdi li mhux biss mhumiex costed, iżda jmorru kontra l-vizjoni ta` dan il-Gvern, jiġifieri li pajjiżna jippremja lil min hu bieżel, tikber l-ekonomija u imbad jifrex il-ġid mas-saffi kollha tas-soċjeta. Partit bla pjan u bla vizjoni ma jissejjaħx xellugi, jew partit tal-lemin, progressiv jew konservattiv. Jissejjaħ iddisprat.

 

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;