Lejn aktar ugwaljanza tal-opportunitajiet.

Wednesday, March 29th, 2017

“Il-Maltin illum qed jgħixu ferm aħjar milli kienu qed jgħixu erbgħa snin ilu. Dan jirriflettuh il-kwalita tal-ħajja li qed jghixu u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom. Iżda ma nistgħux niefqu nistrieħu u kuljum, bħala politiku nistaqsi x`qed nagħmel biex ħadd ma jaqa’ lura. Fadal ħafna x`nagħmlu. Tidħol fi djar u ma ddumx ma tinduna bil-problemi. Ikunu evidenti.  Tara tfal li jkollhom biss ftit snin, anki ħames snin, li f’qalbek tibda tgħid li dawn m’għandhomx il-futur li jistħoqqilhom u jixtiequ’.  Jgħixu f’ambjent elementari għall-aħħar. il-Gvern għamel ħafna xogħol f’dan il-qasam u lesta il-pedamenti jigifieri ekonomija b’saħħitha u issa rridu nimxu għal-pass naturali li jmiss”. Dan iddikjarah, Aaron Farruġia, kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali u li għaddej b’kampanja ta’ żjarat fost il-familji fid-distrett li jinkludi fih il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Santa Venera, il-Pietà u il-Ħamrun.

 

Nistaqsuh fuq il-prijoritajiet tiegħu fil-politika

 

Farruġia jiddikjara b’mod ċar li jixtieq li jitratta din il-problema u jpoġġiha fuq quddiem nett tal-agenda politika tiegħu.  Jindika minnufih il-kampanja ‘Sure Start’ li kienet saret fir-Renju Unit, b’mod partikolari il-ftuħ ta’ ċentri għal tfal vulnerabbli u li ta’ età żgħira ma jkollhomx l-opportunitajiet biex ikattru t-talenti tagħhom. Dawn huma ċentri li fihom jingħataw għadd kbir ta’ servizzi kemm lil dawn it-tfal kif ukoll lill-ġenituri tagħhom. Sure Start kienet inbdiet fis-sena 1999 u hi meqjusa bħala waħda mill-akbar sforzi ta’ gvern biex jgħin familji vulnerabbli. Kull żona li fiha twaqqaf ċentru ingħatat xejn inqas minn £500,000 fis-sena għal 10 snin biex tiżviluppa servizzi fost familji, nisa tqal u tfal bejn ftit xhur u erba’ snin.

 

Minn fejn nibtet l-imħabba lejn is-servizz pubbliku u l-politika?

 

Tkellimna mieghu dwar l-esperjenzi tiegħu u l-mixja tiegħu biex illum, huwa kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Spjegalna li ta’ 16-il sena kien involut fl-eżekuttiv tal-Għaqda Studenteska Pulse fejn serva fiha sal-2001. “Fis-sena ta’ wara sirt President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u servejt ghal tmien snin filwaqt ukoll li servejt fil-Kunsill bħala Vici Sindku. Ilni fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista sa mis-sena 2001, jiġifieri sittax-il sena.  Jien kont ukoll parti mit-tim madwar Joseph Muscat, fejn flimkien ma` Alex Sciberras u nies ohra konna naħdmu fuq policies”. Jispjega kif meta ġie elett fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista kien ħoloq il-Fondazzjoni IDEAT li ġabret flimkien lis-segretarjat edukattiv tal-Partit Laburista, il-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli u l-Fondazzjoni Ġuzè Ellul Mercer. Fl-aħħar elezzjoni imbad serva ma` team immexxi minn Karmenu Vella, illum Kummissarju Ewropew, biex jiġi ffinalizzat il-manifest elettorali tal-Partit

 

Fuq xiex inhi bbażata l-kandidatra tiegħek fuq l-ewwel distrett?

 

Farruġia jenfasizza li ‘bdejt bil-kampanja tiegħi għall-elezzjoni ġenerali fis-sena 2014.   Il-kampanja tiegħi irridha tkun ibbażata fuq policies u kuntatt kontinwu man-nies.  Inżur madwar 25 familja kuljum. Sa issa rajt ‘l fuq minn 6,500 familja.  Meta tidħol għand in-nies tinduna kif qed jgħixu l-familji. Nistqarr illi l-kuntatt personali man-nies jgħallmek, u jgħinek tħares lejn il-politika minn lenti differenti. Tifhem illi lil’hinn mill-“back office” fejn jitfasslu l-policies, hemm familji li bil-ħerqa jistennew li l-politiċi jieħdu dawk id-deċiżjonijiet it-tajba li jagħtu imbutattura għax-xewqat tagħhom u ta’ uliedhom. Għaraft illum illi forsi mingħajr dan il-kuntatt intimu, il-politika tirriskja tibqa’ fuq il-karta u ma sservix in-nies kif hemm bżonn.

 

 

Nistqsuh x’realtajiet qed isib fid-distrett li hu se jikkontesta fuqu.

 

Bla tlaqlieq jgħidilna li “meta nidħol għand in-nies nisma’ mingħandhom x’jixtiequ u xi jridu li jsir. Tisma’ u tara affarijiet li forsi qabel ma tkunx tħosshom ghax qatt ma tkun missejt maghhom. Issib familji li sejrin tajjeb u tajjeb ħafna ukoll. Jibqgħu f’moħħi imma meta niltaqa’ ma’ familji li jkunu qed ibatu. Tara tfal żgħar ta’ ftit snin u f’qalbek tibda tara li dawn m’għandhomx il-futur li jixraqilhom u li diffiċilment ikollhom iċ-ċans illi jiżviluppaw it-talenti tagħhom.  Iebsa tara tfal li forsi jkollhom ħames snin bla futur quddiemhom, l-aktar meta quddiemek tara tfal intelliġenti, kreattivi u b’ħafna potenzjal li kull ma jridu naqra imbuttatura. Din hi xi ħaġa li nixtieq naħdem ħafna fuqha. Fir-Renju Unit kienet saret il-kampanja Sure Start.  Nixtieq li ssir xi ħaġa simili f’Malta. Nemmen li għandha titwaqqaf kummissjoni u din tfassal pjan strateġiku għal dawn it-tfal.  Din tkun strateġija li tmiss anke mal-ġenituri tagħhom.   Nemmen li dawn huma tfal li għandna ntuhom imbuttatura biex jirnexxu fil-ħajja.’ Ghalhekk nemmen fl-ugwaljanza tal-opportunitajiet’

 

Ngħidulu li mhux normali li Kandidat jibda l-ħidma tiegħu sa minn erbgħa snin qabel id-data tal-elezzjoni generali.

 

Qalilna li “stajt ninħela fl-istrateġija u nħabbar il-kandidatura tiegħi fl-aħħar sena, u nibda noħroġ niltaqa’ man-nies fl-aħħar sitt xhur. Biss jien ma ridtx hekk. Rajtha li ma tkunx ġusta li nitfa’ ismi fuq il-lista fl-aħħar mument. Anzi, ridt li nibda naħdem mill-bidu nett biex nilħaq nitkellem ma kemm nista’ nies. Huwa minnu illi f’dawn it-tliet snin li ilni għaddej bil-kampanja, il-familja batiet, u nistqarr illi nħossni fortunat li għandi l-mara tagħti ħafna ħin lill-familja u lit-tifla. Ikun hemm mumenti fejn tistaqsi jekk il-ħajja pubblika u politika humiex qegħdin iċaħħduni milli ngawdi l-familja tiegħi, biss dejjem sibt appoġġ inkondizzjonat u inkoraġġiment kontinwu mingħand marti Charmaine. Determinat li naqdi l-missjoni li wasslitni biex nidħol fil-politika, u determinat li nħalli l-marka tiegħi”

 

L-aspett soċjali…ma sabx appoġġ fl-UE.

 

Dwar l-aspett soċjali fl-Unjoni Ewropea u kif dan jidher li naqas ħafna fl-aħħar,  Aaron Farruġia jgħidilna li “l-proġett tas-Soċjalisti Ewropej fil-bidu tas-snin 2000 kien mar lura minħabba li telgħu għadd ta’ gvernijiet konservattivi fl-Unjoni Ewropea.  Il-proġett tas-Soċjalisti Ewropej kien wieħed tajjeb imma ma’ sabx l-appoġġ meħtieġ fil-pajjizi rispettivi.”

 

Nistaqsuh fuq il-ħsibijiet tiegħu dwar il-mewġa tal-lemin estrem fl-Ewropa u kif jara is-sitwazzjoni f’Malta.

 

Jenfasizza li “ma nemminx li hawn mewġa ta` razziżmu.  F’Malta m’hawn ebda mewġa żgur. Fuq livell Ewropew għandek pajjizi li ilhom ma jaraw tkabbir ekonomiku żmien, u li qegħdin jgħaddu minn mizuri ta` awsterita u livelli ta` qgħad rekord. It-twelid ta` partiti tal-lemin estrem twieldu għax inħoloq vojt. Ifisser li l-mediċina mhijiex li niġġieldu lil dawn il-partiti iżda li naħdmu fuq tkabbir ekonomiku u Ewropa iktar soċjali. Fuq livell lokali il-problema hi differenti. Nara xettiċiżmu mill-multikulturaliżmu, li ħafna drabi jitwieled, mill-element ta’ ‘ghettoization’ li jikkaratterizzaw ċerti inħawi.  Dan issibu l-aktar fil-Ħamrun u l-Marsa.  Li qiegħed jiġri f’Malta ġara f’pajjiżi oħra, u allura wieħed jista’ jifhem kif u għaliex qiegħed iseħħ dan.   Ammont ta’ migranti, spiss dawk li kienu jgħixu fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, ifformaw komunità u inġabru jgħixu qrib xulxin. Tista’ tkun sempliċi kwistjoni ta’ lingwa, u jista’ jkun hemm raġunijiet oħrajn.  Li jiġri hu li l-ewwel jikru appartament, imbad jikru ieħor fl-istess blokka u jibqgħu jiżdiedu. Il-familji l-oħra li jkunu jgħixu fl-istess blokka jaf iħossuhom skomdi, u b’hekk jispiċċa jaqa’ l-prezz tal-proprjetà.  Hemm ħames toroq sħaħ fil-Marsa li hemm aktar barranin jgħixu milli Maltin.  Hemmhekk imbad tinħoloq il-problema.  Din hija materja delikata li teħtieġ diskussjoni serja u dettaljata, anke għaliex aħna bħala pajjiż, suġġetti għall-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja u liġijiet internazzjonali oħra. Biss nemmen li l-Gvern għandu jintroduci pjan b’miżuri pożittivi biex fejn il-persuni li diga hawn Malta minn pajjizi terzi jitqassmu aħjar u dan jiffacilita l-integrazzjoni wkoll.

Kompla jgħid li issa jekk nieħdu l-lat Ewropew naraw li hemm problemi oħra.  Problemi fl-ekonomija, nies fil-faqar u rata ta’ qgħad għolja.  Il-vacuum li hemm qed jimlewh il-politiċi li huma tajbin ħafna biex jispegaw x’inhi l problema u joffru soluzzjonijiet semplici li mhumiex fattibbli. Il-mixja tal-lemin estrem qed issib għerq għax hi problema ekonomika.”

 

Farruġia huwa wiċċ familjari mal-politika Ewropea u barranija

 

Jispjegalna li hu kien intgħażel bħala alumnus tal-International Visitors Leadership Programme mill-Gvern Amerikan fis-sena 2012. Kien intgħażel ukoll għall-programm simili mill-Gvern Russu fis-sena 2014 u riċentament intgħażel mal-aqwa 40 politiku Ewropew li huma taħt l-40 sena, l-ewwel Malti li qatt ġie magħżul. Riċentament attenda l-ewwel laqgħa li saret għal dawn l-aqwa 40 politiku Ewropew f`Lisbona. Jien tkellimt fuq il-futur tal-Ewropa. Naħseb li wasal iż-żmien li jkollna Konvenzjoni oħra dwar il-Futur tal-Ewropa. Irridu nistaqsu x’verament irridu għax it-tort kien u għadu qed jintefa’ fuq l-istituzzjonijiet. Dan minflok m`aħna nistaqsu jekk irridux nibqgħu parti minn dan il-progett u mezzi ta` kif se nagħmluh jaħdem f`dinja iktar globalizzata”.

 

Dan hu Gvern li kiseb ħafna suċċessi li tista tmisshom b`idejk

 

L-akbar suċċessi kienu t-tkabbir tal-ekonomija, tnaqqis tal-qgħad, bilanċ fil-finanzi pubbliċi, avvanzi kbar fit-setturi tas-saħħa u l-enerġija u tnaqqis fl-abbużi mill-benefiċċji. Naħseb li issa uħud mill-isfidi enormi li għandna huma dawk li intejbu l-kwalita tal-ħajja lil dawk li jinsabu fuq paga minima u dawk li għandhom pensjonijiet baxxi. Hemm imbad l-isfida ta żvilupp sostenibbli fiz-żoni urbani. L-ambjent irridu ntuh importanza ikbar. Għandna żoni fl-ibliet li m’għandhomx postijiet ta’ rikreazzjoni fejn it-tfal tagħna jieħdu nifs. Insemmi postijiet bħall-Belt Valletta, il-Marsa u l-Ħamrun. Hemm bżonn li jkollna ferm u ferm aktar żoni rikreattivi”.  Ir-rigenerazzjoni ambjentali li hija mminenti li qed issir bit-tneħħija tal-power station tal-Marsa, kemm il-darba jkun hemm proġett ambjentali maħsub, tista` tirriżulta f’avvanz ekonomiku u socjali għall-gruppi kollha fis-soċjeta tal-madwar, inkluż it-tfal. Ejja niftakru x’qed jigri l-Belt, Bormla u l-Isla.

 

Nistaqsuh x’ambizzjonijiet għandu għal-ġejjieni

 

Iwieġeb illi huwa jrid jaħdem biex flimkien ma’ sħabu, jikkonvinċi lill-poplu Malti jagħti mandat ieħor lill-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Imbad, jixtieq illi l-poplu jagħti wkoll mandat lilu biex jingħaqad ma’ dan it-tim formidabbli u jservi fl-ogħla organu tal-pajjiż: il-Parlament. Itemm jgħid illi “Naf li jekk l-elettorat jgħoġbu jagħtini l-mandat biex inservi, hemm ħafna xogħol xi jsir. Naf illi l-elettorat sejjer jistenna ħafna minnha. Imma naf ukoll illi jekk nifhmu lin-nies u nattwaw b’ħidmietna t-tamiet tan-nies illi jeleġġuna, l-isbaħ żmien għal dan il-pajjiż ikun qiegħed fil-qrib

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;