Malta: 8 sfidi għall-2017

Tuesday, March 7th, 2017

Is-sena 2016 diġa tinsab warajna u jekk il-ġrajjiet li għexna fiha m`għalmuna xejn, żgur li nibqgħu niftakru din is-sena bħala waħda li tatna riżultati kontra dak kollu li kien previst. Ngħid għalija kont ċert li r-referendum BREXIT kien se jintrebaħ b`maġġoranza ċara mill-kamp li kien favur li r-Renju Unit jibqa` membru bl-istess mod kif stennejt lil Hilary Rodham Clinton tieħu l-ħatra uffiċċjali tagħha ta` President tal-Istati Uniti, u mhux Donald Trump li ħafna bassru li lanqas biss se jkun il-kandidat tar-Repubblikani.

 

Kienet is-sena fejn il-polls, is-surveys u l-intwizzjoni tal-ħafna ma kkalkulawx tajjeb. U allura minix se nieħu kalkoli żejda li nipprevvedi x`nistenna għas-sena 2017. Minflok se nikteb dwar tmien sfidi li pajjiżna għandu quddiemu. Tkun cliche` jekk ngħid li l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hi waħda mill-isfidi. Dan hu ovvju. Daqstant ieħor ikun ovvju jekk ngħid li lejn tmiem din is-sena, inkunu lejliet elezzjoni ġenerali. Iżda dwar tal-ewwel diġa ktibna u tkellimna ħafna filwaqt li fuq tat-tieni nippreferi nikteb f`artiklu separat ftit tax-xhur oħra.

 

  • Globalizzazzjoni

 

Pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor se jkollu l-fenomenu tal-globalizzazzjoni bħala l-ikbar sfida. L-avvanzi fit-teknoloġija jum wara jum ifissru biss li l-ħitan bejn pajjiż u ieħor, kontinent u ieħor, se jkomplu jinħattu kompletament. U allura l-ikbar sfida għal pajjiżna hi li filwaqt li hemm mexxejja f`pajjiżi viċin u mhux li huma ffukati biex jibnu jew jiprote[u l-ftit ]itan li fadal, g]al Malta l-ikbar sfida, u iktar minn hekk opportunita`, hi li jfittex iħott il-ħitan li fadal. Fejn il-Malti qabel kien sekluz għal suq ta` 440,000 persuna, il-globalizzazzjoni u t-tekonoloġija fetħitilna l-bibien kollha biex nidħlu u nerbħu swieq ġodda. L-ingredjenti għas-suċċess huma ċari, jiġifieri iktar flessibilita`, li ninfetħu u mhux ningħalqu u fuq kollox li nibqgħu nantiċipaw l-isfidi kollha li wieħed jistenna. Miskin min għadu jemmen fil-protezzjonizmu daqs li kieku t-tsunami tal-globalizzazzjoni mhux se tolqtu.

 

  • L-ekonomija, l-edukazzjoni u x-xogħol

 

Setturi li huma l-qafas jew il-pjattaforma biex nilqgħu għall-ikbar sfida, dik tal-globalizzazzjoni. Jekk infallu f`settur minnhom, inkunu fallejna l-eżami kollu. Waħda ma timxix mingħajr l-oħra u allura rridu nkunu kreattivi biżżejjed biex inżommu r-rata ta` tkabbir ekonomiku li kelna fl-aħħar tlett snin filwaqt nkomplu nibbilanċjaw il-kotba tagħna u nagħmluha iktar faċċli għall-investitur jiġi Malta. Li nkomplu niddiversifikaw l-ekonomija Maltija hi kruċjali għax sejrin kemm sejrin tajjeb fis-setturi tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming, farmaċewtika, avjazzjoni u turizmu, fost oħrajn, hemm setturi oħra li nistgħu neċċellaw fihom. Mhux biss għax it-teoriji tal-ekonomija kollha jitolbu li ekonomija nazzjonali għandha tkun mifruxa fuq ħafna setturi iżda wkoll għax hemm setturi li jistgħu ipoġġu l-vantaġġ li Malta għandha taħt theddida minħabba leġislazzjoni internazzjonali bħal dawk fis-setturi tal-gaming u s-servizzi finanzjarji. Dan biex ma ninsewx li s-settur tat-turizmu jiddependi ġafna fuq l-istabbilita tar-reġjun u tal-pajjiżi tal-madwar. Ikun imbad jibqa` l-bżonn ta` iktar flessibilita fis-suq tax-xogħol u sinerġija bejn stat, il-privat u l-istituzzjonijiet edukattivi biex pajjiżna jagħlaq l-iskills gaps preżenti u tal-ekonomija ta` għada.

 

  • Terrorizmu

 

It-terroriżmu, ġej minn fejn ġej u jsir għall-liema skop isir, huwa kundannabbli. Hu dak li ħadd ma jrid wara biebu iżda s-sena 2017 mhux se tkun eċċezzjoni għal attakki oħra. Li wieħed jikkundannah u juri solidarjeta` mal-vittmi mhux bizzejjed. Trid tantiċipah u tiġġilidlu u nemmen li sal-llum għad m`hemmx sinerġija bejn il-pajjiżi biex it-terroriżmu jiġi miġġieled fuq diversi fronti. Kif ktibt diġa drabi oħra, mhuwiex biżżejjed li jkollna intelligence b`saħħitha biex inxejnu attakki minn żmien għal żmien. Irridu nindirizzaw il-kawża tat-terrorizmu u fuq dan nistgħu niktbu ħafna. Iżda jekk irridu nibdew nindirizzaw mill-llum wieħed mill-kaġuni li jwasslu għal attakki terroristiċi, irridu nibdew inħarsu lejn il ghettos li qed ifaqqsu fl-ibliet u rħula Ewropej fosthom Malta. Il ghettos, inkluz dawk f`Malta, huma in-nursery għat-terroristi ta` għada.

 

  • Demografija u benefiċċji soċjali

 

Pajjiżna qiegħed jixjieh. Dan ifisser ħafna affarijiet, mhux biss is-sostenibilita` tal-pensjonijiet kif nafuhom illum, anke għax il-Gvern bil-kummissjoni appuntata minnu diġa preparaw pjan ta` azzjoni, iżda minħabba problemi ikbar ta` mard, ta` mobilita` u ta` postijiet atrezzati fejn l-anzjan jingħatha dinjita`. Filwaqt li s-sena d dieħla rridu nkomplu nippromwovu anzjanita attiva`, irridu nkomplu ninċentivaw lill-anzjan biex jaħdem billi noffru eżenzjonijiet ta` taxxa iżda wkoll flessibilita` ikbar lil min iħaddem mingħajr ħafna restrizzjonijiet li jxekklu, flok jgħinu l-ingaġġ tal-anzjani tagħna fid-dinja tax-xogħol. Fl-istess ħin pajjiżna jrid ikompli għaddej minn bidla fil-kultura fejn il-benefiċċji soċjali jingħataw biss lil minn ġaqqu jew jintużaw bħala inċentiv għal ftit żmien biex persuna tidħol fid- dinja tax-xogħol u eventwalment tgħix mingħajr benefiċċji soċjali. Iż-żmien ta` benefiċċji soċjali għal ħajtek, sakemm mhux għal persuni li verament ma jistgħux jagħmlu mod ieħor minħabba mard fit-tul, spiċċa.

 

  • Ambjent

 

Issa li pajjiżna għamel il-pass kbir fejn qaleb miż-żejt għal gass, jeħtieg nimxu pass ieħor, jiġifieri dak li nsiru leaders fis-settur tal-enerġija rivvovabbli fil-Mediterran. Nemmen li hemm potenzjal kbir jistenniena biex is-settur preżenti tal-enerġija jkun ifisser mhux biss kontijiet orħos u arja iktar nadifa iżda wkoll pilastru ġdid għall-ekonomija tagħna. Minn naħa l-oħra hemm bżonn li nkomplu nirristrutturaw iż-żoni urbani tagħna u l-masterplan għal Paceville, anke jekk jinhass bżonn ta` bidliet fih, għandu jkun l-ezempju biex masterplans oħra jsiru għal żoni oħra fosthom fl-inner harbour ta` Malta fejn hemm telqa kbira. Minn naħa l-oħra jeħtieg li nkabbru ż-żoni ta` rikrejazzjoni għal familji Maltin. Ma jistax ikun l-uniku bosk li għandna hu grazzi għal kavallieri. X inhu l-wirt ambjentali li se nħallu lil ġenerazzjonijiet ta` warajna? Lanqas ma nistgħu nibnu Malta kollha concrete. U allura il-bilanċ għandu jkun hemm fejn min jibni irid mhux biss jikkontribwixxi għal fond li bih insebbħu ż-żoni rikrejattivi, iżda wkoll inċentivi biex jintuża bini mhux utilizzat. Is-settur tal-kostruzzjoni tajjeb li jikber u nsostnuh bil-kundizzjoni li huma jsostnu l-ambjent Malti.

 

  • Saħħa

 

 

Il-ħidma tal-gvern wasslet biex il-waiting lists u mediċini out of stock isiru xi ħaga tal-passat. L-isfidi f`dan is-settur ikomplu dejjem jikbru. L-għan dejjem jibqa` li l-pazjent jingħatha l-aqwa kura u fil-ħin. Iżda sfida maġġuri għas-sena 2017 hi kif il-Gvern se jintroduċi bidla kulturali fost it-tfal u l-ġenituri biex dawn jieklu dieta sana. L-obesita` fost it-tfal tagħna qed tpoġġina fost l-iktar pajjiżi li se jkollhom problemi ta` saħħa fil-futur qarib. Inkwetanti.

 

  • Trasport

Nemmen li s-settur tat-trasport se jkun wieħed mill-iktar dibattuti fil-kampanja elettorali li jmiss. Dan jagħmel lil dan is-settur importanti ħafna għal Gvern Malti fis-sena 2017. Filwaqt li miżuri short term huma importanti u miżuri oħra infrastrutturali se jwasslu għal riżultati pożittivi, il-futur ta` pajjiżna jeħtieg proġett maġġuri li jrid isir bejn il-gvern u l-privat f`forma ta` underground traffic system.

 

  • Governanza u Kostituzzjoni

Bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq quddiem nett tal-aġenda ta` pajjiżna, ir-riformi kostituzzjonali li kienu maħsuba se jsiru wisq probabbli fil-leġislatura li jmiss. Xorta waħda nemmen li s-sena 2017 se jkun fiha avvenimenti li jitolbu li uħud minn dawn ir-riformi jieħdu preċedenza. Is-sistema multi governattiva tagħna mhijiex taħdem tajjeb u biex iktar devoluzzjoni timxi minn fuq il-karta għal prattika jeħtieg bidliet kbar fuq kull livell, inkluz dak ta` gvernijiet lokali u reġjonali. Wasal iż-żmien li jsiru riformi li ilhom maħsubha iżda li ħadd ma kellu l-kuraġġ li jimplementhom.

 

Nawguralkom sena mill-aqwa, mimlija saħħa. Sena li fiha twettqu l-ħolm tagħkom.

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;