NIĊĊELEBRAW:

Sunday, March 12th, 2017

Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Marzu se nkunu qed niċċelebraw ir-raba’ sena anniversarju mir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista. Għal Prim Ministru, ministri, deputati, kandidati u attivisti, din se tkun ġurnata oħra normali ta’ iktar xogħol għall-familji u għall-pajjiż. Iżda tajjeb li hekk kif ninsabu sena bogħod minn elezzjoni ġenerali l-Maltin jieqfu jirriflettu dwar dak li ksibna. Filwaqt li l-politiċi ta’ fama jtennu li politiku tajjeb għandu jgħid darba x’għamel iżda ma jiqafx jirrepeti x’beħsiebu jagħmel fiż-żmien li ġej, ilkoll naqblu li dan il-Gvern ma tkellimx u ma ftaħarx biżżejjed b’dak li għamel f’dawn l-erba’ snin. Fid-9 ta’ Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż. Dak li ġara dakinhar u dak li wettaqna sal-lum għandhom sinifikat kbir. Huwa dwar dan li se nikteb fl-artiklu tiegħi illum.

Ir-riżultat miksub kien wieħed ta’ moviment u mhux ta’ partit. Ebda partit ma jġib maġġoranza kbira ta’ siġġijiet. L-istorja għallmitna li meta gvern ikollu maġġoranza relattivament żgħira, dak l-istess gvern ibati ħafna biex imexxi u qajla jasal sal-aħħar tal-mandat elettorali tiegħu. Ħarsu lejn il-Gvern ta’ Sant u ta’ Gonzi. Qed ngħid hekk għax kienet din il-maġġoran-za kbira li għenet biex Gvern Laburista jintroduċi riformi u miżuri kbar li wasslu lill-Malta fil-quċċata. Biex Gvern Laburista jikseb mandat elettorali ġdid u b’saħħtu, hemm bżonn li dawk il-ħitan li waqqajna bejn l-2008 u l-2013 ma nerġgħux nibnuhom. Għandna nikkontestaw elezzjoni ġenerali oħra bħala moviment u mbagħad immexxu bħala moviment.   Sa erba’ snin wara, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma rrikonoxxietx ir-riżultat. Agħar minn hekk ma għarfitx is-sinjali taż-żminijiet u l-messaġġ li bagħat il-poplu lill-politiċi Maltin. Klikka żgħira li ħakmet il-magna tal-PN tassew temmen li għandha dritt divin tkun hi li tmexxi l-pajjiż. Il-verità hi li l-Partit Nazzjonalis-ta għadu fl-istess pożizzjoni, jekk mhux żewġ passi lura, milli kien fl-2013. Huwa partit bla viżjoni, bla programm u li jinsab frammentat f’ħafna interessi personali u ideoloġiċi fid-dawl ta’ nuqqas ta’ tmexx-ija serja li tista’ tixpruna partit interessat li xi darba joffri s-soluzzjonijiet. Ir-risposta tal-moviment tagħna għandha tkun ċara ħafna. Iktar xogħol u nżommu t-temperatura baxxa mingħajr ma nidħlu f’election mode sena qabel.   Li jwassalni biex nikteb dwar ir-riżultati li ksibna mill-2013 ’l hawn. Nista’ nelenka pataflun miżuri u nidfinhom f’ħafna statistika u numri li ċċertifikaw il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji ta’ kreditu. M’iniex se nagħmel hekk.

Minflok se nitkellem dwar dak li xpruna dan il-Gvern progressiv u l-ingredjenti għas-suċċess tiegħu. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat żamm kelmtu u wet-taq bosta mill-miżuri mħab-bra fil-manifest elettorali. Gvern li kif jgħidu bl-Ingliż walked his talk. Għamilna qa-bżiet kbar fid-drittijiet ċivili u minn pajjiż ultra konservattiv li fih kont tista’ biss toħlom li jkollok drittijiet ċivili bażiċi, illum wara erba’ snin għand-na l-pajjiżi progressivi, inkluż dawk Skandinavi, li sa mis-se-bgħinijiet kienu dejjem fost l-aqwa, illum iħarsu lejna bħa-la eżempju. Min-naħa l-oħra nistgħu ngħidu li ħarisna u saħħaħna l-miżuri soċjali fil-pajjiż biex ħadd ma jaqa’ lura b’filosofija kemxejn konser-vattiva fejn tidħol it-tmexxija fiskali u dik ekonomika iżda mingħajr miżuri ta’ awster-ità li donnhom saru r-regola fl-Ewropa. Xi jfisser? Ifisser li minflok għamilna bħal bosta pajjiżi oħra u pruvajna nkab-bru l-ekonomija tagħna permezz ta’ iktar infiq tal-Gvern, li allura jwassal għal defiċit u dejn kbir iżda bit-tama li tidħol kunfidenza pożittiva fil-pajjiż, il-pjattaforma tas-suċċess ekonomiku tagħna huwa l-konsum qawwi tal-familji Maltin, rekord ta’ nies jaħdmu u l-investiment ta’ kumpaniji Maltin u investiment barrani dirett f’Malta. Dan għen lill-Gvern biex min-naħa l-oħra jaħdem biex l-ispiża tiegħu issir b’għaqal u jqarreb lejn bilanċ fiskali. Hawn ukoll sir-na l-eżempju għal pajjiżi oħra taż-żona Ewro.   Wettaqna ħafna iżda fadlil-na ħafna xi nwettqu. Fit-12-il xahar li ġejjin se naħdmu qa-tigħ biex inkunu implimentaj-na l-programm elettorali kollu u b’hekk inżommu ma’ dak imwiegħed. Minn hemm im-bagħad irridu nżommu l-klima pożittiva li kkaratterizzatna f’dawn l-erba’ snin u mmorru quddiem il-poplu għal mandat iehor. Tassew li dan il-Gvern, dan il-Prim Ministru, jixraqlu ħames snin oħra ta’ ħidma fit-tmun. Pajjiżna jeħtieġ leġiżlatura oħra progressiva.

 

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;