Presidenza tan-nies. Tal-Beltin ukoll.

Tuesday, January 24th, 2017

Permezz ta` dan il-blog qiegħed ninforma lill-kostitwenti tiegħi, speċjalment dawk Beltin li kelmuni dwar il-problemi marbutin ma` parkeġġ għar-residenti li jgħixu fil-Belt Valletta, li l-ilment tagħom instema u ħadt azzjoni minnufih. L-inkonvenjent hu speċjalment għal dawk li jgħixu in-naħa t`isfel, u dan minħabba l-użu ta` diversi siti fil-madwar fosthom il-Mediterranean Conference Centre waqt il-jiem tal-Presidenza.

Ftit tal-ħin ilu ktibt lill-Prim Ministru u infurmajtu li ġejt avviċinat minn-numru ta` familji li jgħixu hemm. Filwaqt li jifhmu bil-bżonn ta` dawn il-miżuri fosthom li ma jidħlu ebda karozzi u ma jkun hemm ebda karozzi ipparkjati fl-inħawi u dan minħabba l-livell ta` sigurta`, huma jemmnu li għandhom jibqgħu għaddejjin bil-ħajja tagħhom b`mod normali.

Dawn huma familji li jridu jieħdu lit-tfal tagħhom lejn l-iskola u l-privat, attivitajiet kulturali oħra barra l-Belt bħal ballet u football. Il-ġenituri imbaad iridu jmorru jaħdmu kuljum. Qed ikollhom jipparkjaw fuq barra tal-Belt u dan meta għandek nies li jaħdmu bis-shift u allura jaslu id-dar fis-siegħat bikrin ta` filgħodu biex ikollhom jimxu toroq sħaħ sakemm jasslu id-dar.

Nemmen li nistgħu nosservaw is-sigurta` fil-pajjiż waqt is-sitt xhur Presidenza iżda wkoll ma nagħmlux il-ħajja tar-residenti iktar diffiċċli mal-ħajja magħġla ta` kuljum. Għaldaqstant nipproponi numru ta` miżuri biex dawn l-inkonvenjenti jonqsu billi r-residenti Beltin jingħataw parkeġġ b`xejn fejn ikunu jistgħu jipparkjaw jekk hemm bżonn barra t-toroq milquta u nintroduċu sistema ta` park and ride li jaħdem 24/7, li jkun jista` jopera minn naħa t`isfel tal-Belt Valletta u s-sit magħzul fejn ir-residenti jkunu jistgħu jipparkjaw bla ħlas.

Hekk kif din il-Presidenza għandha bħala pjattaforma l-bżonn li tkun wahda viċin in-nies, miżuri bħal dawn jagħmlu l-għajta tagħna waħda pragmatika u li titpoġġa fil-prattika minflok ma nispiċċaw bir-residenti jieħdu l-Presidenza kollha kif inhi fuq demm id-dars.

 

Ingħaqad Magħna

Hekk kif din il-kampanja elettorali qed tkompli tikber u tirranka, qed noħorgu sejħa għal iktar voluntiera li jixtiequ jingħaqdu magħna.

Infasslu l-ġejjieni tagħna, flimkien.

Fil-politika hemm diversi persuni li ġejjin minn diversi spetri tal-ħajja. Hemm min ikollu l-passjoni politika, hemm min ikollu l-edukazzjoni politika, hemm min ikollu l-grinta politika. Nemmen li Aaron għandu it-tlieta li huma. Bla dubju li se jkollu rwol ċentrali u importanti ħafna fid-deċiżjonijiet f dak li jkun qed jiġri fil pajjiż.

Hon. Chris Cardona
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida li jirrapreżenta Aaron, Ewropeja, bieżla, twettaq u li m`għandha ebda inferiority complex, preparati anke biex jirraprezentawna barra minn xtutna ma politiċi barranin oħra. Jien kburi bil-kandidatura ta` Aaron Farrugia u l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar.

Hon. Edward Scicluna
Ministru tal-Finanzi

Aaron fil-Parlament ikun ta` asset għal pajjiż għax huwa pro business u jifhem il-mentalita ta` kull imprenditur. Dan jgħina biex inkomplu bil-ħidma tagħna li nkabbru l-ekonomija u nżidu l-impjiegi fil-pajjiż.

Edward Zammit Tabona
Imprenditur

Aaron Farrugia huwa wieħed mill assets tal-Partit Laburista għax huwa doer u mimli enerġija fejn ittieħ biċċa xogħol u jagħmilha bl-iktar mod professjonali u dan jagħmlu wieħed mill-iktar kandidati b saħħithom li l-Partit Laburista se jkun qed jippreżenta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Alex Muscat
Deputat Kap Tas-Segretarjat tal-Uffiċju tal-Prim Ministru

Aaron is a smart man. He is bright and intelligent, has a keen interest in international affairs and follows up what`s happening in other countries. He has an inquiring mind and that is a very good quality. He listens to people, and fully understands what are the most important issues for them.

Leslie Skipper
Konsulent tal-Prim Ministru

Aaron huwa politiku bieżel, determinat f`dak li jrid, saqajħ mal -art u ottimist. Il-fatt li hu jaspira fiduċja u dejjem viċin in-nies jagħmel lill-Aaron politiku tal-poplu.

Dr Anna Mallia
Avukat u Opinjonista

Il-Partit Laburista irid ikompli jikber -fergħa Ideat. Ħadem fil-livelli kollha tal-Partit. Wasal iż-żmien li l-kontribut ta Aaron jikber għal dak għal pajjiż. Huwa viċin in-nies u jifhem x`hemm bżonn li jsir biex ma nħallu lil ħadd jaqa lura.

Hon. Helena Dalli
Ministru ghad-djalogu socjali. Affarijiet tal-konsumatur u libertajiet civili

Ilni naf lill Aaron għal dawn l-aħħar 11 -il sena meta flimkien konna parti mill-eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Minn dejjem ammirajt lill Aaron għal perseveranza, impenn u dedikazzjoni illi juri f' dak kollhu illi jagħmel. Bħala President tal-FZL fi żminijiet mhux daqstant faċli Aaron dejjem prova jressaq l-aqwa elementi lejn il-fergħa tagħna filwaqt li dejjem ħadem sabiex jinvolvi u jagħti spazju lill kullħadd. Ċert li jekk jiġi elett Aaron ikun rappreżentant denju tal-Partit fil-Parlament.

Alex Saliba
President - FZL

Aaron mhuwiex politiku tal-bieraħ imma tal-futur. Irid l-aħjar u joffri l-aħjar għan-nies. Sod fi kliemu u fit-twemminu. L-ambizzjonijiet ġenwini tiegħu flimkien mal-ħiliet li jippossedi jiddistingwuh bħala politiku komplet li jagħmel ġieh lill-partit. Kull meta ħdimt miegħu dejjem rajt is-sens ta' umilta' u integrita' u dedikazzjoni biex ikun ta' servizz għall-oħrajn

Manuel Micallef
Preżentatur u Opinjonista

I have known Aaron for a number of years now, both in the political sphere and as a fellow student in the law course. In both roles he has always struck me for his diligence, assiduity and application. Someone you would trust with the realisation of a project, or with getting something done. I therefore wish him the best of luck in this new political endeavor

Luke Dalli
Lawyer

Ħidma

Campaign Day 30 – L-għeluq tal-kampanja elettorali b’festa familja fil-Marsa
Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 30 – Mistieden fuq ONE fejn spjegajt il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-ekonomija u n-negozji
ONE and ONE Radio / ONE Group, Triq Il Labour, Marsa, Malta
31/05/2017
Campaign Day 28 – Rally mall-Furjaniżi
Floriana, Malta
29/05/2017
Campaign Day 28 – Rally għan-nisa u coffee morning
Qawra Palace Hotel, Saint Paul's Bay, Malta
29/05/2017

Join Us on Facebook

Follow Us on Twitter

Min hu Aaron Farrugia?

Dr Aaron Farrugia għandu 37 sena u huwa l-akbar fost żewġ aħwa subien. Huwa miżżewweġ lil Charmaine u għandhom lil Petra, tifla ta’ erba’ snin.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liceo tal-Ħamrun u l-Junior College. Aktar tard, kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta;